210. L-imgħallaq bla ħtija u rakkonti storiċi oħra

210. L-imgħallaq bla ħtija u rakkonti storiċi oħra

  • €15,00
    Unit price per 


Ġabra ta’ 14-il rakkont storiku li kiteb Ġużè Gatt 

F’Ġużè Gatt nisimgħu l-leħen tan-nies ‘żgħar ordinarji’ li l-istoriċi moħħhom fin-nies il-‘kbar u straordinarji’ ma semgħuhomx. Flok il-figuri kbar tal-istorja nsibu l-ħaddiema, in-nies maħqura u dawk li s-soltu jitħallew barra mill-kotba tal-istorja tradizzjonali. Din hi l-istorja miktuba minn dawk l-istoriċi li jiddikjaraw fil-miftuħ li huma jżommu
ma’ dawk ta’ taħt kontra dawk ta’ fuq li jaħkmuhom u jaħqruhom. Hija l-istorja minn għajnejn il-vittmi.
Ikabbar l-imħabba għal Malta.

Ġużè Gatt twieled fl-1886 u miet fl-1976. Ħadem biex jirrakkonta l-istorja tal-poplu tagħna fl-isforzi tiegħu biex isir nazzjon li jmexxi lilu nnifsu.